L-Istati Uniti wettqet attakki kontra militanti tal-grupp Stat Iżlamiku fl-Iraq, it-tielet attakk kontra l-militanti li fl-aħħar jiem ħadu kontroll ta’ bosta bliet fl-Iraq u s-Sirja u jinstabu akkużati b’moħqrija ta’ Musulmani Xiti u anke ta’ l-Nsara.
Fil-mira ta’ l-attakk, fejn intużaw ajruplani u drones, kien hemm bosta vetturi armati li kienu qegħdin jattakkaw membri tal-grupp Yazidi biswit il-muntanja Sinjar. Il-vilaġġ fuq l-istess muntanja jinstab taħt ir-renju tal-grupp Stat Iżlamiku wara li ħadu kontroll tiegħu il-gimgħa li għaddiet.
Stqarrija mill-Pentagon saħqet ukoll li l-Istati Uniti kienet waslet għajnuna ta’ ikel u ilma lir-refuġjati mill-villaġġ tal-muntanja Sinjar. Il-UNICEF minn naħa tagħha kkonfermat li 56 tifel u tifla mietu minħabba nuqqas ta’ ilma f’dan il-villaġġ. Anke r-Renju Unit qegħda twassal għajnuna li bosta nħawi fl-Iraq.
Intant il-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin Laurent Fabius wasal fl-Iraq għal bosta taħdidiet u anke sabiex jara l-wasla ta’ l-ewwel għajnuna minn Franza.
//= $special ?>

