Dalgħodu, Net Television xandar live il-quddiesa tal-Ħadd mis-Santwarju Ta’ Pinu f’Għawdex.
Fil-fatt, mill-lum, il-quddiesa tal-Ħadd minn dan is-santwarju daħlet fl-iskeda regolari ta’ Net Television għall-Ħdud li ġejjin fil-11.15 ta’ filgħodu.
Eżatt qabel il-quddiesa, ir-rettur tas-Santwarju Ta’ Pinu, Father Gerard Buhagiar, esprima l-apprezzament tiegħu għal dan l-arranġament.
Hu ppreżenta replika mnaqqxa tal-Madonna Ta’ Pinu lill-Kap Eżekuttiv ta’ Media Link Communications, is-Segretarju Ġenerali tal-PN Chris Said bħala tifkira ta’ din l-okkażjoni.
//= $special ?>