Il-kowċ mara tal-klabb Clermont, Corinne Diacre, illejla se tkun qed tipprova twaqqaf rekord u ssir l-ewwel mara-kowċ ta’ tim professjonali tal-irġiel fl-ogħla żewġ diviżjonijiet ta’ kampjonat Ewropew li tkun rebħet logħba.
Diacre bdiet l-avventura tagħha ma’ Clermont meta ġimgħa ilu tilfet 2-1 kontra Brest. Nhar il-Ġimgħa Clermont spiċċaw fi draw ta’ 1-1 kontra Auxerre u llejla jilagħbu kontra Istres fl-ewwel rawnd tat-tazza domestika.
//= $special ?>

