Għawdex Lokali

Il-Gvern iħalli l-“Ġnien it-Tliet Għoljiet” f’istat ta’ telqa

Residenti u Maltin li qed iżżuru l-gżira Għawdxija f’dan il-perjodu tas-sajf qed jilmentaw magħna dwar il-kundizzjoni li jinsab fiha l-“Ġnien it-Tliet Għoljiet” f’Marsalforn. Uħud bagħtuna xi ritratti biex jiddiskrivu d-dispjaċir tagħhom fuq il-qagħda ta’ dan il-Ġnien li kien proġett ieħor marbut mal-Pjan t’Azzjoni Eko Għawdex 2010-2012.

Tista’ tgħid li fi kważi sentejn mill-inawgurazzjoni ta’ dan il-ġnien, il-poplu ma jistax igawdi minn dan l-ispazju pubbliku minħabba l-istat li dan qiegħed fieh.