Internazzjonali

ISIS qatlu minn tal-inqas 500 membru tal-grupp etniku Yazidi

Il-militanti tal-Grupp għal Stat Iżlamiku fl-Iraq magħruf bħal ISIS, qatlu minn tal-inqas ħames mitt membru tal-grupp etniku Yazidi b’xi wħud, nkluż nisa u tfal, jiġu midfuna ħajjin. Dan filwaqt li ħatfu tliet mitt mara biex iservu bħala skjavi.

Quddiem din is-sitwazzjoni fit-Tramuntana tal-pajjiż saret sejha biex il-Prim Ministru Nouri Maliki, jwarrab mill-poter u qed ibaqbaq konfront mal-President Faud Masum b’xi rapporti jindikaw li jista’ jkun hemm kolp ta’ Stat fl-Iraq.

Iktar kmieni, forzi tal-ordni leali lejn il-Prim Ministru niżlu fit-toroq tal-kapitali Baghdad wara li l-Prim Ministru kkritika lill-President Masum fuq l-istazzjon tal-istat.