Futbol Sport

Klose jirtira minn mal-Ġermanja

L-attakkant Ġermaniż Miroslav Klose ħabbar li irtira minn mat-tim nazzjonali fl-eta ta’ 36 sena. Klose kellu karriera mill-aqwa ma’ pajjiżu, karriera li intemmet bir-reb ħ tat-Tazza tad-Dinja fil-Bra żil f’Lulju li għadda. Bil-gowls tieg ħu fil-Bra żil, Klose sar l-aqwa skorer fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja. B’kollox Klose, plejer ta’ Lazio, skurja 16-il gowl, wieħed aktar mill-eks plejer leġġendarju tal-Brażil Ronaldo.

B’kollox Klose lagħab 137 darba mal- Ġermanja u skurja 71 gowl. Hu kien iddebutta fil-logħba kontra l-Albanija fl-2001 u kien skurja l-gowl rebbieħ fir-rebħa ta’ 2-1.
Ta min jiftakar li f’dawn l-aħħar ġimgħat plejers bħal ma huma Xavi, Nasri u Drogba kollha irtiraw minn mat-tim nazzjonali rispettiv tagħhom.