Internazzjonali

Niġerja: Stat t’Emerġenza nazzjonali minħabba l-virus tal-Ebola

Il-President tan-Nigerja Goodluck Jonathan iddikjara stat ta’ emerġenza nazzjonali minħabba l-virus tal-Ebola li s’issa kkawża l-mewt ta’ żewg persuni f’dan il-pajjiż. Il-President iddikjara li hemm nuqqas ta’ speċjalisti tas-saħħa fil-belt ta’ Lagos fejn jgħixu għoxrin miljun persuna u fejn gew ikkonfermati disa’ każi ta’ Ebola.

Il-President appella biex in-nies jevitaw attivitajiet fejn jiltaqgħu gruppi ta’ persuni. Appella wkoll biex ma jiġux imċaqalqa kadavri ta’ persuni li mietu bl-Ebola.

Sadattant madwar id-dinja qed ikun hemm ħafna rapporti ta’ każi suspettati imma s’issa ebda konferma. Il-każ tal-Ebola s’issa kienu lokalizati fin-Niġerja, il-Liberja, Sierra Leone u l-Guinea biss.