Permezz tas-CCTV kameras, ħaddiema fl-istazzjon tal-ferrovija ta’ London’s Goodge Street raw omm li poġġiet ħajjitha fil-periklu, hekk kif hija nieżlet fil-passaġġ tal-ferrovija u telgħat il-pram tat-tarbija tagħha. Ftit wara li ġara dan għaddiet il-ferrovija li setgħat qatlet faċilment kemm lill-mara u kif ukoll anke lit-tarbija.
Skont il-pulizija raġel ħalla l-pushchair mal-ħajt minħabba li mar jassisti xi familjari li kienu neżlin mit-taraġ tal-istazzjon. F’dak il-ħin stess, il-pram inqabad bir-riħ tal-veloċita’ li tagħmel il-ferrovija, mexa u waqa fil-passaġġ tal-ferrovija.
Wieħed mill-pulizija, Mark Lawrie qal: “dan kien inċident tal-biża ħafna, hekk kif l-ammont ta’ periklu kien kbir bil-bosta, u t-tarbija kienet f’periklu kbir. Pero anke l-mara kienet f’periklu hekk kif għażlet li tpoġġi ħajjitha f’dak il-periklu u qabżet għat-tarbija tagħha stess”
Dan l-inċident seħħ fit-23 ta’ Lulju 2014 għall-ħabta tas-19.30, u l-pulizija Ingliża ħarġet ir-ritratti u l-filmati minħabba li trid aktar informazzjoni fuq dan l-inċident.
//= $special ?>

