Carlo Tavecchio ġie elett bħala l-President il-ġdid tal-Federazzjoni tal-Futbol fl-Italja (FIGC). Tavecchio, li għandu 71 sena kellu bżonn jistenna sat-tielet vot biex ġie elett President u għeleb l-isfida ta’ Demetrio Albertini. Fl-ewwel vot dan ġab 60% u fit-tieni vot ġab 63.18 filwaqt li fit-tielet vot ġab 63.3% u b’hekk ġie elett President minflok Giancarlo Abete li irreżenja xahar ilu.
Issa la darba ġie maħtur President ġdid tal-FIGC, jista’ jkun maħtur kowċ ġdid tat-tim nazzjonali Taljan li se jkun qed jieħu post Cesare Prandelli. Prandelli kien irreżenja mill-kariga wara li l-Italja sfat eliminata mit-Tazza tad-Dinja. Hu mifhum li l-aktar żewġ kowċis favoriti huma Antonio Conte, eks kowċ taċ-champions Juventus u Roberto Mancini, eks kowċ ta’ Galatasaray.
//= $special ?>

