Il-Medda ta’ Gaża bħalissa qed jesperjenza tlett ijiem ta’ waqfien mill-ġlied, li beda matul il-lejl li għadda. Dan il-ftehim jidher li qed ikun segwit miż-żewg naħat, hekk kif s’issa ma kienx hemm rapporti ta’ attakki.
Il-ftehim ta’ waqfien mill-ġlied hu riżultat ta’ medjazzjoni intensiva li saret fl-Eġittu. Jekk il-ftehim ikompli jiġi rispettat, mistennija jkun hemm aktar diskussjonijiet, hekk kif l-Iżrael għandu jibgħat persuni jinnegozjaw fl-Eġittu bit-tama li jintlaħaq ftehim fit-tul bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani.
Minn meta beda dan il-kunflitt, fit-8 ta’ Lulju, inqatlu madwar 2,000 persuna.
//= $special ?>

