Lokali

Żewġ inċidenti f’temp ta’ siegħa

Jinqaleb trakk li kien qed jinstaq lejn is-Siġġiewi fi triq magħrufa bħala l-“Benniena tas-Siġġiewi”. Skont l-aħħar sorsi, dan ġara għall-ħabta tal-17.30 fejn għal xi raġuni t-trakk qabad il-bankina, tela’ mal-ħajt u nqaleb.

Ix-xuffier irnexxielu joħroġ waħdu minn ġot-trakk.

It-triq għamlet xi ħin magħluqa għat-traffiku.

Inċident ieħor fi Triq Ħal-Farruġ, f’Ħal-Luqa hekk kif vettura baqgħet dieħla fil-ħajt li jinsab maġenb it-triq għall-ħabta tal-16.40.

Ħadd ma weġġa f’dan l-inċident.