Lokali

Enfażizzati l-imparzjalita’ u l-awtonomija tal-Ispeaker

L-importanza tal-imparzjalita’ fir-rwol tal-Ispeaker tal-Parlament kif ukoll l-awtonomija tal-Parlament kienu diskussi waqt laqgha li l-Ispeaker tal-Parlament Malti Anglu Frarugia kellu ma’ Matthew Laban, l-awtur tal-ktieb “Mr Speaker – The Office and the Individuals since 1945”.

Matthew Laban hu espert fil-politika kostituzzjonali Brittanika u l-Kap tal-Akkademja Primarja ta’ Kingfisher Hall ta’ Enfield.

Tul iż-żjara ta’ korteżija fl-ufficcju tal-Ispeaker fil-Palazz il-Belt, Anglu Farrugia u Matthew Laban tkellmu dwar ir-rwol tal-Ispeaker u r-riferenzi li l-ktieb jaghmel ghar-rwol imparzjali tal-Ispeaker tal-Parlament tul is-seduti parlamentari.

Suġġett ieħor diskuss fil-laqgħa kien ir-rwol u l-awtonomija tal-Ispeakers tal-parlament fil-Commonwealth.

Anglu Farrugia ippreżenta lil Laban kopja tal-ktieb Is-Sedja Titkellem flimkien mal-perjodici “Mill-Parlament” li huma ppubblikati mill-Uffiċċju tal-Ispeaker.

Laban min-naħa tiegħu ppreżenta kopja tal-ktieb tiegħu lil Anġlu Farruġia. Fl-2007, Laban kien magħżul bħala l-kandidat li jirrappreżenta l-Partit Konservattiv fl-Awtorita’ ta’ Greater London.