L-FA Ingliża żvelat li għandha ħsieb li l-finali tal-Community Shield tibda tintlagħab barra mir-Renju Unit għal raġuni finanzjarja.
Għall-finali ta’ tmiem il-ġimgħa li għaddiet bejn Man City u Arsenal kien hemm 71 elf spettatur, 40 elf inqas minn kemm segwew il-logħba tal-pre-season bejn Real Madrid u Man Utd fl-Istati Uniti.
Alex Horne, Segretarju Ġenerali tal-FA Ingliża ikkonferma dan il-ħsieb u qal li partiti tan-NFL diġa’ qed jintlagħbu f’Wembley filwaqt li riċentament, PSG u Guingamp lagħbu fil-finali tas-Super Cup Franċiża f’Beijing fiċ-Ċina.
Fil-passat, anke klabbs Taljani kienu jikkontestaw il-finali tas-Super Cup fl-Asja. Horne fakkar li jekk din l-ideja ssir realta`, il-finali sal-2017 tibqa’ tintlagħab f’Wembley għax hemm kuntratt li jsir dan.
//= $special ?>
