Lokali

Is-Summer School tal-Inspire fl-aqwa tagħha

Is-Summer School tal-Fondazzjoni Inspire f’Marsakala bħalissa tinsab fl-aqwa tagħha, b’numru ta’ tfal, fosthom uħud bi bżonnijiet speċjali, jattendu fiha u jipparteċipaw bl-aktar mod interattiv flimkien mal-għalliema professjonali tagħhom. Bl-iskop li tattira aktar tfal u biex toffri lit-tfal esperjenzi ta’ tagħlim kontinwu fil-ġranet tas-Sajf, l-Insipre qed torganizza attivitajiet edukattivi, li fihom jieħdu sehem uħud mill-aqwa kantanti u esponenti kulturali oħrajn tal-pajjiż.

Fost il-persuni li fl-aħħar sigħat żaru din is-Summer School kien hemm il-mara tal-Prim Ministru Michelle Muscat li, fil-kapaċità taghha ta’ Chairperson tal-Fondazzjoni Marigold, żaret il-Park tal-Inspire u tkellmet mat-tfal li kienu qed jieħdu sehem fis-Summer School. Permezz tal-Fondazzjoni Marigold, it-tfal jiżviluppaw il-kapaċitajiet tagħhom u jagħmlu kuntatt dirett ma’ kantanti li jħarsu lejhom bhala idoli.

Fost dawn, waqt iż-żjara ta’ Michelle Muscat kien hemm Ivan Grech, il-kantant tal-grupp popolari Wintermoods, li għamel sessjoni ta’ mużika popolari mat-tfal.