B’reazzjoni għall-aħbar tal-gvern dwar il-kaċċa fil-Ħarifa, il-Birdlife Malta qalet li dan it-tibdil qed isir biex jakkomoda lill-kaċċaturi.
L-emendi li ddaħħlu fl-Lulju li għadda rrevokaw b’mod permanenti l-limiti tal-ħinijiet biex il-kaċċaturi se jkunu jistgħu jisparaw anke sas-7pm.
Il-Birdlife qalet li sa mill-2007, bejn il-15 ta’ Settembru u t-30 ta’ Settembru, il-curfew tat-3pm kienet infurzata speċifikament biex tipproteġi tajr protett.
Madanakollu, fl-2013, din il-curfew tneħħiet b’4 sigħat sas-7pm minkejja li l-BirdLife Malta opponiet din il-miżura b’saħħa.
Studju xjentifiku li sar fil-Buskett fl-1998 wera kif il-maġġor parti tal-għasafar jorqdu qabel is-7pm, b’uħud minnhom jissettiljaw kmieni ħafna.
Fi stqarrija, il-BirdLife Malta qalet li minn studju li għamlet sabet li 54.5% tal-għasafar protetti qed ikunu sparati wara 3pm.
Il-BirdLife ikkritikat il-mod kif il-gvern qabad u ddeċieda dwar it-tneħħija tal-curfew tat-3pm minħabba li din ma kenitx irrakkomandata mill-kumitat Ornis.
//= $special ?>

