Għawdex Knisja

Open Weekend fil-Mużew tad-Dar ta’ Karmni Grima

Nhar is-Sibt u l-Ħadd 16 u 17 ta’ Awwissu, se ssir Open Weekend fil-Mużew tad-Dar ta’ Karmni Grima, fl-Għarb.

Se jkun ‘Open Weekend’ b’ikel tradizzjonali Għawdxi u wirja tax-xogħol tan-newl minn Alda Cassar li se tibqa’ miftuħa sat-28 ta’ Settembru. Se jieħdu sehem bosta gruppi folkloristiċi kif ukoll kantanti Għawdxin li joffru divertiment lill-pubbliku li jattendi. Wieħed jista’ jżur il-kmamar ta’ dan il-mużew li fetaħ dan l-aħħar, b’biljett imraħħas ta’ €2.

Barra mill-ħinijiet normali tal-ftuħ, fis-16 ta’ Awwissu l-Mużew sa jkun miftuħ bejn is-7.00 u l-10.00pm, u l-għada l-Ħadd bejn id-9.00am u s-7.00pm.

F’din l-okkażjoni qed tiġi mnedija wkoll il-verżjoni bl-Ingliż tal-ktieb dwar Karmni Grima, traduzzjoni ta’ Carm C. Cachia mill-oriġinal bil-Malti miktub mill-Isqof Nikol Ġ. Cauchi, u li s-Santwarju kien ippubblika mill-ġdid f’Diċembru li għadda. Dan jinkiseb mill-Mużew jew mis-Santwarju.

Għal aktar tagħrif, żur il-Paġna ta’ Facebook Karmni Grima Museum.