Il-Parlament ġdid tal-Libja lbieraħ qabel li l-President Libjan li jmiss għandu jkun elett bil-vot popolari. Dan waqt li d-deputati parlamentari Libjani qed jippruvaw isibu soluzzjoni għall-konfronti kontinwi li għaddejjin bejn żewġ gruppi rivali ta’ milizzji u li nisslu t-terrur fost ir-residenti maqbudin fiz-zoni tal-ġlied.
Il-Punent qed jittama li l-Parlament il-ġdid, aktar ’il quddiem ikun jista’ jwassal għal negozjati konkreti bejn il-milizzji u l-entitajiet politiċi li qed jappoġġjawhom. Inizjattiva bħal din għandha tgħin biex tirrestawra l-istabbiltà fil-Libja wara xhur ta’ ġlied li biddlu l-inħawi ta’ Tripli u Bengażi f’kampijiet ta’ battalja.
//= $special ?>

