Il-gżejjer Maltin kollha sofrew qtugħ totali fil-provvista’ tad-dawl għall-ħabta tat-tmienja neqsin kwart ta’ filgħaxija.
Jirriżulta li l-problema żviluppat fil-power station ta’ Dellimara bil-load kollha taqa’ fuq dik tal-Marsa li wkoll ma felħitx għal-load ta’ elettriku u waqfet topera din ukoll. Kawza ta’ dan jirriżulta li seħħ splużjoni fis-sub station tal-Marsa, qrib iċ-ċimiterju tat-Torok.
Diversi persuni fuq l-internet kitbu li sofrew ħsarat kbar fi djarhom hekk kif għall-ewwel id-dawl batta imbagħad inqata’ għal kollox.
Dan ħalla wkoll effett f’diversi knejjes fejn kienet qed tiġi ċċelebrata l-antifona ta’ Santa Marija, b’funzjonijiet fl-irħula li jiċċelebraw din il-festa mportanti għal pajjizna.
Intant anke’ l-finali tant mistennija tal-BOV Knock-out tal-Ewwel Divizjoni tal-waterpolo kienet abbandunata fuq deċiżjoni tal-President tal-ASA Joe Caruana Curren wara li kienu għaddew biss żewg sekondi mill-ftuħ tat-tieni sessjoni minħabba nuqqas ta’ dawl.
//= $special ?>
