Għawdex Lokali

Sejba ta’ armi tan-nar mhux reġistrati f’Għawdex

Il-Pulizija ħabbret fi stqarrija li nstab ammont ta’ armi tan-nar mhux reġistrati f’ħanut fir-Rabat Għawdex. L-istqarrija tgħid li s-sejba saret waqt tfittxija mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali f’Għawdex. L-istabbiliment kummerċjali jinsab fi Triq Viani u fit-tfittxija nstabu 10 armi tan-nar li ma kienux reġistrati.

Waqt ir-rejd, li sar ftit qabel it-8pm tal-bieraħ, il-Pulizija elevat ukoll tliet armi oħrajn minn post ieħor, li f’dan il-każ kienu reġistrati. Flimkiem mal-armi, il-Pulizija kkonfiskat ukoll ammont ta’ munizzjon suspettuż li hu llegali u 18,000 sigarett f’90 pakkett issiġillat, li kienu moħbijin wara vetrina.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet dwar dan il-każ.