Nhar il-Ħamis 14 ta’ Awwissu fit-8.00pm s-Santwarju Nazzjonali Ta’ Pinu f’Għawdex sa jorganizza l-Velja Djoċesana ta’ l-Għid ta’ l-Assunta, lejlet is-solennità tat-Tlugħ fis-Sema tal-Verġni Marija.
Iċ-ċelebrazzjoni ta’ kant u salmi se tibda fit-8.00pm, u tkompli bil-Quddiesa tal-Vġili mmexxija mill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, fuq iz-zuntier ta’ quddiem dan is-santwarju Marjan.
Fl-10.15pm wara l-quddiesa, jiftaħ lejl ta’ Adorazzjoni Ewkaristika fis-Santwarju. F’nofs il-lejl ikun hemm Quddiesa oħra.
Iċ-ċelebrazzjoni se tixxandar diretta fuq Radju Marija 102.3 FM, li sa jorganizza wkoll trasport għal dawk il-pellegrini li jixtiequ jaqsmu minn Malta. Min hu interessat jista jċempel fuq: 21453105. Se jiġi organizzat ukoll trasport mill-parroċċi Għawdxin.
Il-Velja din is-sena qed issir b’talb speċjali għall-paċi fid-dinja u għall-Insara ħutna ppresegwitati f’reġjuni bħas-Sirja, l-Iraq u l-Art Imqaddsa.
//= $special ?>