Lokali

Tindif fil-bajja tal-Imġiebaħ

Il-Forzi Armati ta’ Malta (FAM) għamlu xogħol ta’ tindif fil-bajja tal-Imġiebaħ, limiti ta’ Selmun.

Ix-xogħol ta’ tindif beda wara talba għall-assistenza minn Transport Malta. Dan it-tindif għen biex jiġu protetti l-ekosistemi delikati li jiċċirkondaw iż-żona.

Flimkien mal-FAM kien hemm ukoll l-impjegati tad-Dipartiment tat-Tindif biex jgħinu għat-tindif ta din il-bajja.

Flimkien mat-13-il ekwipaġġ mill-Iskwadra Marittima kien hemm uffiċjali minn Reġimenti oħra biex tappoġġja l-ħidma permezz ta’ barkun tal-Iskwadra Marittima, RHIB(P16) u Patrol Boat P24.

Ix-xogħol ta’ tindif dam għaddej madwar 5 sigħat.