Lokali

Żnażan jinvadu d-Dipartiment tas-Servizzi tal-Istudenti

Il-bini tad-Dipartiment tas-Servizzi tal-Istudenti fi Triq Fra Gaetano Pace Forno fil-Ħamrun spiċċa vittma ta’ nvażjoni ta’ Oriental Hornets, żunżan kbir magħruf bħala żunżan bagħal.

Ħaddiema ta’ dan id-Dipartiment ilmentaw li talbu l-għajnuna tal-awtoritajiet, fosthom il-Protezzjoni Ċivili, il-Kunsill Lokali tal-Ħamrun u d-Dipartiment tal-Edukazzjoni imma madankollu “ħadd ma jidher li hu hu mgħaġġel biex jieħu azzjoni dwar din is-sitwazzjoni.”

F’post fuq Facebook, ħaddiema saħansitra kitbet li fid-dawl ta’ dan, huma ddeċidew li personalment jikkuntattjaw kumpanija li tikkontrolla l-insetti.

Minbarra l-periklu li dawn iż-żnażan iduru għall-ħaddiema u l-klijenti tad-Dipartiment, dawn iż-żnażan saħansitra jidhru qed iħaffru l-ġebel biex jibnu l-bejta tagħhom.