Futbol Sport

Borussia Dortmund jgħelbu lir-rivali Bayern Munich

Borussia Dortmund għelbu lir-rivali Bayern Munich fil-finali tas-Super Cup Ġermaniża meta għelbuhom bi skor ta’ 2-0. Din kienet it-tieni sena konsekuttiva li t-tim ta’ Klopp għeleb lil dak ta’ Guardiola fil-finali ta’ din it-tazza. Borussia Dortmund marru fil-vantaġġ wara 23 minuta u kien MKHITARYAN li poġġa lit-tim fil-vantaġġ. Bir-reazzjoni ta’ Bayern, li kellhom numur kbir ta’ plejers regolari neqsin ma tasalx, wasal it-tieni gowl ta’ Dortmund. Kien fit-62 minuta meta ABUMEYANG għamel l-iskor 2-0.

Għal Dortmund dan kien l-ewwel unur tal-istaġun filwaqt li Bayern issa jridu jwettqu reazzjoni meta jibdew jiddefendu t-titlu domestiku li rebħu staġun ilu meta nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Awwissu jilagħbu l-ewwel logħba tal-kampjonat kontra Wolfsburg. Fl-istaġun li għadda Bayern rebħu l-kampjonat u t-tazza domestika u bit-telfa tal-bieraħ, ifisser li l-kowċ ta’ Bayern Pep Guardiola, għalissa se jkollu jibqa’ jistenna biex jirbaħ is-Super Cup Ġermaniża. Minn naħa tagħhom Dortmund se jkunu mimlija kuraġġ biex dan l-istaġun joffru sfida aktar qawwija lil Bayern fil-kampjonat.