Lokali

Filmat: L-isports u l-promozzjoni ta’ stil ta’ ħajja aħjar fost il-Festi tal-Indipendenza

L-attivitajiet sportivi u l-promozzjoni ta’ stil ta’ ħajja li jħares is-Saħħa huma nklużi wkoll fil-programm ta’ attivitajiet li se jorganizza l-Partit Nazzjonalista biex ifakkar il-50 sena mill-kisba tal-Indipendenza. MaltaRightNow.com tkellem ma’ rappreżentanti ta’ TimSport PN dwar l-attivitajiet li se jkunu organizzati bħala parti minn dawn il-Festi din is-sena.

Antoine Attard tkellem dwar l-applikazzjonijiet għall-ġirja u l-mixja, li se jerġgħu jsiru din is-sena. Filwaqt li l-ġirja tibda minn Birkirkara, il-mixja tibda minn Fleur-de-Lys. Iċ-Chairman ta’ TimSport PN Robbie Ebejer tkellem dwar attivitajiet sportivi oħrajn li se jorganizza TimSport PN għall-Festi tal-Indipendenza, filwaqt li Maria Mifsud Bonnici tkellmet dwar ir-rokna ddedikata għall-healthy living.