Id-“deliveryman” li għandu problema tad-droga, u li l-ġimgħa li għaddiet kien irrappurtat nieqes wara li ma marx b’xirjiet ta’ €800 għand xi klijenti u li tressaq il-Qorti dwar dan il-każ, reġa’ mill-ġdid tressaq il-Qorti dwar każ ieħor.
Brendan Cachia ta’ 27 sena, mill-Birgu, reġa’ tressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Anthony Vella mixli li kellu fil-pussess tiegħu d-droga eroina u li kiser il-provvedimenti mogħtija b’sentenza tal-Qorti, li sar riċediv u li kiser il-libertà proviżorja li kienet ingħatat lilu sitt ijem ilu mill-Qorti tal-Maġistrati.
Fil-Qorti kemm l-Ispettur Robert Said Sarreo, li mexxa l-Prosekuzzjoni, kif ukoll l-avukat Yana Micallef Stafrace, li qed tidher għall-imputat, qalu li Cachia għandu problema kbira tad-droga u li jinsab f’ċirku vizzjuż.
Qalu li Cachia jixtieq li jmur ħabs biex hemmhekk jibda programm u jipprova joħroġ mill-problema. Cachia ammetta l-akkużi miġjuba kontrih. Huwa ġie kkundannat sentejn ħabs effettivi li matulhom se jagħmel programm kontra l-abbuż mid-droga.
//= $special ?>

