L-għada tal-mewt tal-attur u komiku Amerikan Robin Williams, kien ikkonfermat li l-attur qatel lilu nnifsu aktarx billi tgħallaq. Dan ħareġ mill-awtopsja li saret fuq il-katavru ta’ Williams, li kkonfermat ir-rapporti li ħarġu mal-mewt tiegħu. Sar magħruf ukoll li l-attur Amerikan kellu problemi finanzjarji minħabba ż-żewġ divorzji li għadda minnhom.
Sadanittant, l-għada tal-mewt ta’ Williams, ix-xena tal-films ta’ Hollwood tilfet ikona oħra, Lauren Bacall. Bil-personalità u l-vuċi seduċenti tagħha, Bacall ħalliet timbru fix-xena tal-films Amerikani. Hi mietet fid-dar tagħha fi New York, fl-età ta’ 89 sena, kawża ta’ attakk ta’ puplesija.
Fost il-films li għalihom baqgħet imsemmija ghalihom hemm “To Have and Have Not” u “The mirror has two faces”. Bacall tibqa’ magħrufa wkoll għaż-żwieġ lill-attur Humphrey Bogart u għall-istorja ta’ mħabba qasira li kellha ma’ Frank Sinatra.
//= $special ?>

