Għawdex Lokali

Il-Fondazzjoni OASI tgħid grazzi

Is-Sibt li għaddha it-Taqsima tal-Prevenzjoni Primarja tal-Fondazzjoni OASI tellgħet it-23 edizzjoni tal-Festival Riflessi Sajfin, fil-Menqa – fil-qalba ta’ Marsalforn. Bħas-snin l-imgħoddija, l-festival kien suċċess kbir, b’għadd ġmielu ta’ artisti jieħdu sehem u b’mijiet ta’ Maltin, Għawdxin u barranin fl-udjenza. Mistiedna speċjali preżenti kien hemm Deborah C, YADA Dance Academy Gozo, Centre Stage, New Identity Line Dancing by Josephine Farrugia, Audrey Marie Bartolo u Sarah Bonnici fost oħrajn. Il-palk li ġie offrut mid-Dipartiment tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, kien armat bl-aktar teknoloġija moderna ta’ dwal u ħoss. Din is-sena Nicole u Brenton Azzopardi ppreżentaw.

Il-Kumitat organizzattiv fi stqarrija irringrazzja lill-artisti u l-voluntiera li b’xi mod jew ieħor taw sehemhom f’din l-attivita’. Grazzi kbira ingħatat ukoll lil l-isponsors kollha. Apparti minn hekk, il-Kumitat organizzattiv irringrazzja wkoll lill-kunsill lokali taż-Żebbuġ, il-Pulizija ta’ Malta u fuq kollox lir-ristoranti fil-Menqa li annwalment jappoġġjaw dan l-avveniment.

Ringrazzjament speċjali mar ukoll lejn dawk kollha li b’xi mod jew ieħor għenu biex din l-attivita’ kienet għal darb’oħra s-suċċess li kienet. Fost dawn il voluntiera tal-OASI ta’ kull għajnuna li dejjem jagħtu.