Lokali Qorti

Imut il-Prim Imħallef Emeritus Hugh Harding, l-għada li mietet il-mara tiegħu

Tħabbret il-mewt tal-Prim Imħallef Emeritus Prof Hugh Harding, fl-età ta’ 88 sena. Harding jibqa’ mfakkar bħala Ġudikant ta’ integrità u serjetà, li dejjem ħadem favur it-tisħiħ tas-saltna tad-dritt.

Prof Harding kien inħatar Imħallef fl-1980 u Prim Imħallef seba’ snin wara. Jibqa’ wkoll magħruf għax-xogħol li wettaq bħala Avukat tat-Tarznari qabel ma sar Imħallef u għall-istudji storiko-legali li wettaq fiż-żmien li għamel jgħallem u jirriċerka fl-Istorja tal-Leġizlazzjoni fl-Università ta’ Malta.

Hu miet propju l-għada li mietet il-mara tiegħu, Marian Harding. Fi stqarrija, il-Gvern ta l-kondoljanzi lill-familja Harding.