Il-Kurunell Mohammed Suwajsi, il-kap tal-Pulizija Libjana, inqatel waqt li kien qed jivjaġġa fil-karrozza tiegħu.
Dan wara li l-vettura kienet attakkata hekk kif waqfet f’traffic light f’Tajoura, subborg tal-kapitali Tripli.
Żewġ persuni li kienu qed jakkumpanjaw lil Suwajsi nħatfu ostaġġ.
Hu kien mar Tajoura għal laqgħa mal-awtoritajiet lokali dwar is-sigurta fil-post. Intqal li rġiel armati f’żewġ karrozzi interċettaw il-karrozza tiegħu u ordnawlu joħroġ. Meta rrifjuta, huma fetħu n-nar u qatluħ.
Dan seħħ fl-isfond tal-ġlied li hemm għadej fil-Libja u li qed jeffettwa kemm il-kapitali Tripli kif ukoll t-tieni l-akbar belt fil-pajjiż, Bengażi.
//= $special ?>

