Gerald Callus, ta’ 32 sena minn Bormla, ġie mixli quddiem il-Maġistrat Anthony Vella li aktar kmieni din il-ġimgħa kkawża feriti gravi fuq raġel ieħor wara li aggredieh u sawwtu b’daqqiet ta’ lembuba.
L-Avukat Michael Schiriha, li qed jidher għal Callus, qal li l-akkużat kellu relazzjoni ma’ tfajla u li minn din ir-relazzjoni kellu tarbija u kien miexi kollox sew. Madankollu, f’daqqa waħda, daħal fin-nofs il-vittma, Mario Barbara, li ħarbat ir-relazzjoni.
Fir-risposta tiegħu, l-Ispettur Robert Said Sarreo qal li l-vittma qallu li qabel kien joħroġ mal-kuġina ta’ Callus u li din batiet ħafna taħt idejh. Għalhekk, issa qed jibża’ li iben Callus jiġrilu l-stess.
L-Avukat ta’ Callus talab għal-libertà proviżorja u ħelsien mill-arrest għax qal li l-akkużat mhux bniedem ta’ inkwiet u ried jibni familja. Qal ukoll li kienu l-ansjetà u l-istress li wassluh biex jagħmel dak li għamel.
Callus ingħata l-ħelsien mill-arrest b’garanzija personali ta’ €5,000.
//= $special ?>

