Futbol Sport

Real Madrid jirbħu l-UEFA Super Cup

Żewġ gowls minn Cristiano Ronaldo kienu biżżejjed għal RealMadrid biex jgħelbu 2 – 0 lil Sevilla fil-Finali tal-UEFA Super Cup.

Carlo Ancelotti, Maniġer ta’ Real Madrid sodisfatt kemm bir-riżultat u wisq aktar bil-potenzjal tat-tim saħaq li minkejja li rnexxielhom jirbħu l-ewwel unur tal-istaġun it-tim irid jaħdem aktar biex jintlaħqu il-miri kollha kemm fil-Liga kif wkoll fiċ-Champions League.

Huwa għamel wkoll riferenza għall-wirja posittiva ta’ Kroos u James Rodriguez.

Unai Emery, maniġer ta’ Sevilla tenna li huwa kien konxju mill-avversarju u ma stenna xejn aktar mill-players tiegħu li taw il-massimu.

L-aħjar plejer tal-partita kien bla dubju Cristiano Ronaldo. L-għażla saret mill-eks maniġer ta’ Manchester United, Sir Alex Ferguson.

Cristiano Ronaldo wera wkoll ir-rokonoxximent tiegħu għall-unur mirbuħ u għar-rwol li Ferguson kellu fil-karriera tiegħu

Preżenti wkoll għal laqgħa mal-ġurnalisti l-aħħar akkwist għal Real Madrid, James Rodriguez li kkummenta li minkejja li ilu biss 11 il-ġurnata ma’ Real iħoss li ntegra ruħu tajjeb.