Hekk kif jixhdu dawn ir-ritratti, persuna jew persuni mhux magħrufa għamlu att ta’ vandaliżmu fuq il-bus stop bl-isem ta’ Ħlas, fi Triq l-Imdina f’ Ħaż-Żebbuġ, l-ewwel bus stop fid-direzzjoni lejn Ħal Qormi.
Jidher li l-vandaliżmu fuq din il-bus stop seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu, f’ħin meta din il-lokalita’ kienet għadha fi dlam ċappa minħabba l-qtugħ fil-provvista tal-elettriku.
Dan l-att ta’ vandaliżmu wassal għal kundanna minn numru ta’ persuni fuq il-grupp The Salott ikkundannaw dan l-aġir.
//= $special ?>