Għawdex Lokali

Wirja spettakolari ta’ logħob tan-nar fiż-Żebbuġ

Għar-raba’ sena konsekuttiva fiż-Żebbuġ, Għawdex, nhar is-Sibt 23 t’Awwissu mill-għaxra neqsin kwart ta’ filgħaxija l’hemm ser ikun wirja spettakolari ta’ logħob tan-nar flimkien mal-mużika. It-tema magħżula għal din is-sena ser tkun ‘Sky Concert’ b’korjografika differenti minn dik ta’ snin passati.

Il-wirja kienet possibli grazzi għal kollaborazzjoni bejn is-Saint Mary Fireworks Group u l-Merlinfire (Malta) bil-logħob tan-nar ikun provdut minn bosta kmamar tan-nar fosthom numru ta’ kmamar minn Malta.

L-istess kamra ser tkun qed toffri wirja spettakolari wkoll l-għada meta fil-lokalita’ tkun qed tiġi ċċelebrata l-festa ta’ Santa Marija.