Ambjent Lokali

CABS u l-Pulizija ta’ Għawdex iżarmaw żewġ siti ta’ nsib illegali f’Għawdex

Aktar kmieni din il-ġimgħa, il-CABS u l-Pulizija ta’ Għawdex żarmaw żewġ siti kbar li kienu qed jintużaw illegalment għall-insib. Fis-siti, qrib Sarraflu u Ta’ Sannat, kien hemm xbieki u għasfur sandpiper ħaj, kif ukoll numru ta’ nsib tal-plastik li jintużaw biex jintasab tajr protett.

Fi stqarrija, il-CABS qalet li wieħed min-nassaba ġie rrekordjat jonsob għal għasafar protetti bl-użu ta’ nasab tal-plastik u strument li jagħmel ħsejjes ta’ għasafar protetti. Il-filmat, li skont l-istqarrija juri b’mod ċar wiċċ in-nassab, ingħadda lill-Pulizija għal aktar investigazzjonijiet.

CABS qalet li minn Lulju ‘l hawn, diġà ġew identifikati u rrappurtati lill-Pulizija 26 sit differenti ta’ nsib illegali.