Il-Pulizija ta’ South Yorkshire fittxew fir-residenza ta’ Sir Cliff Richard, b’konnessjoni ma’ allegat reat sesswali li jmur lura għas-snin tmenin.
Ir-residenza tal-kantant famuż tinsab fiz-zona ta’ Sunningdale u l-permess għat-tfittxija ingħata wara li ħarġet allegazzjoni ta’ natura sesswali li tinvolvi tifel li kien għad għandu anqas minn sittax il-sena meta seħħ ‘ir-reat’.
Intant, il-Pulizija għamlitha ċara li sid il-proprjeta ma kienx preżenti waqt it-tfittxija u li ma sarux l-arresti. Madankollu, il-korrispondenti ma’ Sky News, ‘jifhmu’ li l-pulizija neħħew numru ta’ oġġetti mill-proprjeta ‘ta’ Cliff Richard’.
Il-Pulizija ta’ South Yorkshire riedu jagħmluha ċara wkoll li t-tfittxija ma saritx bħala parti mill-investigazzjoni ta’ Scotland Yard dwar id-delitti sesswali li jmorru lura numru ta’ snin u li hi l-bażi ta’ Operation Yewtree.
L-indikazzjonijiet huma li Cliff Richard jinsab barra r-Renju Unit u meta hu deher l-aħħar fil-Portugall, ġimgħa ilu, u waqt li hu kien qed jagħti kunċert fl-artijiet li għandu f’dan il-pajjiż. Cliff Richard għandu wkoll dar f’Barbados u fejn hu iħobb iqatta’ l-istaġun tax-xitwa.
Il-Pulizija jfittxu fid-dar ta’ Cliff Richard


