Futbol Lokali Sport

In-‘Numru 12’ b’paġna fuq Facebook

‘Aħna t-tnax-il plejer. Flimkien f’dan il-kunċett biex insemmgħu l-vuċi tagħna ħalli flimkien nerġgħu nġibu l-futbol Malti lura lejn l-partitarji.’ Din hija d-deskrizzjoni tal-paġna l-ġdida fuq Facebook bl-isem tan-‘Numru 12′ li ġiet imnedija ftit tal-ġranet ilu.

Dan huwa t-tieni staġun tan-‘Numru 12’ fejn l-għajta baqgħet bl-istess għan: il-partitarji lkoll vuċi waħda li jridu l-futbol Malti jersaq aktar lejn in-nies, li tingħata aktar importanza lill-futbol Malti.

Il-grupp tan-‘Numru 12’ iħeġġeġ lill-partitarji biex juru l-appoġġ tagħhom u jagħmlu Like fuq il-paġna ta’ Facebook u jibqgħu jsegwu minn viċin il-futbol Malti.

Il-Url tal-paġna: https://www.facebook.com/Numru12