Matul il-jum tal-bieraħ, il-voluntieri tal-Emergengy Response and Resce Corps (ERRC) għenu madwar 80 għawwiem f’Kemmuna. Il-każijiet seħħ meta l-għawwiema sabu ruħhom għajjenin u ma setgħux jitilgħu lura l-art minħabba kurrenti qawwija. Dawn ġew mgħejjuna mill-ERRC u fortunatament ħadd minnhom ma kellu bżonn aktar kura.
Ilbieraħ ukoll, voluntieri tal-ERRC taw l-ewwel għajnuna lil mara Belġjana ta’ 20 sena, li weġġgħet daharha wara li qabżet minn għoli fuq Kemmuna. Hi ttieħdet fil-Port tal-Imġarr permezz tal-lanċa tas-salvataġġ “Lifesaver 1”, fejn kien hemm Ambulanza tistennieha, li ħaditha lejn l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għal aktar kura.
Dawn iż-żminijiet huma fost l-aktar impenjattivi għall-lifesavers tal-ERRC f’Kemmuna. Dan is-servizz hu ffinanzjat mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA). Għajnuna oħra tasal minn diversi organizzazzjonijiet, fosthom mill-Ministeru għal Għawdex, mill-Imġarr Marina, minn Transport Malta, mill-Pulizija, mill-Forzi Armati u mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
//= $special ?>

