Ftit tal-mumenti ilu ġie mħabbar li l-Iraqin Nouri al-Maliki rreżenja mill-kariga ta’ Prim Ministru u li ser jilħaq minfloku Haider al-Abadi. Dan nafuh permezz ta’ rapporti li għamlu stazzjonijiet televiżivi tal-Iraq. Nouri al-Maliki kien qiegħed taħt pressjoni kbira biex iwarrab u jagħmel post lil Haider al-Abadi. Il-Gvern ta’ Al-Maliki ma rnexxielux jwaqqaf l-attaki mill-Iżlamisti li kien hemm fir-reġjun tat-tramuntana tal-Iraq.
Nouri al-Maliki kien ilu dawn l-aħħar 8 snin jiġġieled it-terroriżmu ġewwa l-Iraq u f’dawn l-aħħar jiem kien hemm il-biża li al-Maliki kien ser juża l-armata biex jibqa’ fil-poter.
Haider al-Abadi, diġa ġie mitlub biex jifforma gvern ġdid mill-President tal-Iraq. Offensivi mmexxija mir-ribelli fit-Tramuntana tal-Istat Iżlamiku.
Offensivi mmexxija minn ribelli fit-Tramuntana tal-Istat Iżlamiku magħrufa bħala l-Isis diġa xprunaw kriżi umanitarja u hemm mbassar li hemm madwar 1.2 miljun Iraqin li qegħdin il-bogħod minn darhom.
Il-Ministri tal-Unjoni Ewropeja llum ser jiltaqgħu fi Brussel biex japprovaw jekk l-UE m’għandhiex tgħin fil-provista tal-armi ġewwa l-Iraq. Filwaqt li r-Renju Unit qiegħed jikkunsidra li jgħin ukoll lil dawk li qed jippruvaw jiġġieldu lill-estremisti ġewwa l-Iraq.
In-Nazzjonijiet Uniti ħabret li hi ser tkun qed tagħmel misuri ġusti li jikkundanaw lil dawk li jkunu qegħdin jgħinu lil dawn il-militanti Iżlamiċi.
Skont l-aħħar rapporti eluf ta’ Yazadis waslu fir-reġjun ta’ Kurdish.
Aktar dettalji l-quddiem.
//= $special ?>

