Lokali

Filmat u Ritratti: Raġel fil-periklu tal-mewt wara li nqaleb bi ‘trailer’ fi Triq Garibaldi

Raġel ta’ 43 sena minn San Ġwann jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li nqaleb bit-trailer li kien qed isuq fi Triq Garibaldi fil-Marsa. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.30am meta r-raġel kien qed isuq it-trailer, tat-tip Leyland DAF, u ħabat mal-ħajt. Konsegwenza tal-impatt, it-trailer għeleb għal fuq ġenb wieħed.

Fil-post issejħu l-Pulizija biex jikkontrollaw it-traffiku, filwaqt li membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex joħorġu lis-sewwieq mill-vettura. Hu ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ Ambulanza, fejn kien iċċertifikat li qed isofri minn feriti gravi u jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu.

Bil-każ kienet infurmata l-Maġistrat tal-għassa Audrey Demicoli, li ħatret diversi esperti biex jassistuha fl-inkjesta. Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.

(Filmat: Steve Psaila)