Raġel ta’ 64 sena minn Ħ’Attard sofra feriti ħfief wara li dalgħodu ttajjar minn vann wara argument li kellu ma’ raġel ta’ 56 sena, ukoll minn Ħ’Attard. Jirriżulta li l-argument beda għall-ħabta tas-7am fi Triq is-Sedqa. L-argument bejn it-tnejn baqa’ jiddeġenera, tant li r-raġel ta’ 56 sena daħal fil-vann tiegħu, tat-tip Toyota Hilux, u tajjar lir-raġel l-ieħor.
Fil-post waslu l-Pulizija li kkalmaw is-sitwazzjoni, filwaqt li tim mediku mill-Isptar Mater Dei ta l-ewwel għajnuna medika lir-raġel ta’ 64 sena. Hu ttieħed l-Isptar għal aktar kura, fejn kien iċċertifikat li qed isofri minn feriti ħfief. Min-naħa l-oħra, ir-raġel ta’ 56 sena qed jinżamm mill-Pulizija biex jgħin fl-investigazzjonijiet.
//= $special ?>