Futbol Sport

Real jilħqu lil Barcelona

Bir-rebħ tal-UEFA Super Cup, Real Madrid laħqu lir-rivali Barcelona f’dak li hu ammont ta’ titli maġġuri mirbuħa. Dawn iż-żewġ timijiet rebħu 78 titlu kull wieħed wara li nhar it-Tlieta Real Madrid rebħu 2-0 kontra Sevilla fil-finali tal-UEFA Super Cup grazzi għal żewġ gowls ta’ Cristiano Ronaldo.

 
Għall-Madrileni dan kien it-tielet titlu li rebħu fl-2014 filwaqt li Barcelona għadhom ma rebħu xejn.

 
Barcelona kienu qabżu lil Real Madrid fir-rebħ ta’ titli meta kienu taħt it-tmexxija ta’ Pep Guardiola imma grazzi għas-suċċess li kisbu Real Madrid taħt it-tmexxija ta’ Carlo Ancelotti dawn laħqu lir-rivali tagħhom.

 
B’kollox Real rebħu 32 darba il-kampjont, 10 darbiet iċ-Champions League, darbtejn it-Tazza Uefa, darbtejn il-Uefa Super Cup, 19-il darba it-Tazza tar-Re, tliet darbiet it-Tazza Interkontinentali, disa’ darbiet Super Cups ta’ Spanja u darba t-tazza domestika.

 
Minn naħa tagħhom Barcelona rebħu 22 darba il-kampjonat, erba’ darbiet iċ-Champions League, tliet darbiet it-Tazza tal-Inter-Cities, erba’ darbiet il-UEFA Super Cup, 26 darba t-Tazza tar-Re, darbtejn it-Tazza Interkontinentali, 11-il darba s-Super Cup ta’ Spanja, darbtejn it-tazza domestika u erba’ darbiet it-Tazza taċ-Champions.