Qed tkompli tmur għall-agħar is-sitwazzjoni ddisprata tal-Insara u Yazidi, li qed ikunu ppersegwitati mill-militanti Iżlamiċi fl-Iraq.
Dan hekk kif l-Istati Uniti qed tkompli twarrab dejjem aktar l-azzjoni militari diretta biex issalvahom u qed tnaqqas il-ħidma għax qalet hemm anqas nies assedjati fuq il-muntanja Sinar milli kien maħsub fil-bidu.
Min-naħa l-oħra, kien żvelat li truppi speċjali Ingliżi tal-SAS u Amerikani jinsabu fiż-żona jgħassu dak li qed jiġri.
//= $special ?>
