Żewġ mudelli Maltin, Katya Camilleri u Shannon Muscat, ħadu sehem fil-film qasir ‘Gabbiani Senza Ali’ tad-direttur u attur Taljan Orlando Orfeo li nġibed fl-Italja matul is-sena li għaddiet.
Kollox beda fl-2011 meta għaxra minn fost numru ta’ mudelli oħra intagħżlu waqt kompetizzjoni organizzata minn Vipaj biex telgħu l-Italja jirrapreżentaw lil Malta f’kompetizzjoni tal-immudellar bl-isem ta’ ‘A New Star Stella per lo Spettacolo’.
Kien hawn li Katya u Shannon intagħżlu mid-direttur Orfeo biex jidhru f’dan il-film qasir li beda jinħadem fl-2012 u li l-premiere tiegħu f’pajjiżna saret l-Erbgħa filgħaxija fi stabbiliment f’Paceville.
//= $special ?>