Lokali

Beppe Fenech Adami jirritorna f’Malta… lura għall-kura mit-Tnejn li ġej

Beppe Fenech Adami llum fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook għadu kemm ħabbar li qiegħed fi triqtu lura lejn Malta u lejn il-familja tiegħu.

Fl-istatus Beppe rringrazzja lil kull min talab għalieh f’dan il-mument tant diffiċli. Huwa qal li mhux se jaqta’ qalbu u li mill-ġimgħa d-dieħla huwa se jibda t-tieni ġimgħa ta’ terapija ġewwa Londra. Beppe qal li se jibqa jippersisti biex jegħleb kull sfida li għandu quddiemu.