Lokali

‘Din l-Art Ħelwa’ hija mħasba bid-deċiżjoni li l-kaċċa tibqa’ għaddeja sas-7 ta’ filgħaxija

Din l-Art Ħelwa hija mħasba bid-deċiżjoni tal-Gvern li l-kaċċa tibqa’ għaddeja sas-7 ta’ filgħaxija matul ix-xaħar ta’ Settembru. Hija wkoll esprimiet tħassib li issa l-curfew tat-3 waranofsinhar ġiet mneħħija, meta l-għan ewlieni ta’ din il-curfew kien li jipproteġi lill-għasafar li jkunu qed jikkaċjaw l-ikel f’dan il-perjodu. Curfew li kien ilu jiġi nfurzat mis-sena 2007 propju bl-iskop li jipproteġi tajr tal-priża hekk kif f’dan iż-żmien tas-sena tkun fl-aqwa tagħha l-passa ta’ dawn l-għasafar mill-Ewropa lejn in-nofsinhar biex iqattgħu x-xitwa fl-Afrika.

Apparti li ż-żieda fil-ħinijiet hija ta’ theddida għall-għasafar, dan wkoll inaqqas il-ħin tal-familji li issa jerġgħu jibdew jagħmlu fil-kampanja Maltija.  Skont Din l-Art Ħelwa din id-deċizjoni qed tħares biss l-interessi tal-kaċċaturi.

L-Erbgħa li għadda il-Birdlife Malta ħarġet ukoll stqarrija fejn qalgħet lin dan it-tibdil qed isir biex jakkomoda lill-kaċċaturi a skapitu tat-tajr tal-priża rari u protett. Birdlife Malta fi stqarrija kkritikat l-aktar il-fatt li ġie revokat b’mod permanenti l-curfew li kien hemm, dak li ma ssirx kaċċa wara t-tlieta ta’ wara nofsinhar bejn il-15 u t-30 ta’ Settembru.