Ħames persuni ddaħlu l-isptar wara inċident fl-inħawi tal-Aħrax tal-Mellieħa. Dan l-inċident seħħ għall-ħabta tas-7pm.
Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-pulizija jirriżulta li l-inċident seħħ kawża ta’ ħabta bejn żewġ vetturi, waħda misjuqa minn raġel ta’ 36 sena minn Ħaż-Żebbuġ u karozza misjuqa minn żagħżugħ ta’ 19-il sena mill-Fgura.
Fil-vettura misjuqa miż-żagħżugħ kien hemm 3 passiġieri li jinkludu persuna ta’ 18 il-sena, persuna oħra ta’ 17 -il sena u oħra ta’ 15. Filwaqt li fil-vettura l-oħra kien hemm żewġt irġiel passġieri; ta’ 33 u 37 sena rispettivament.
Fuq il-post isejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq u l-passiġiera kollha tal-vettura misjuqa miż-żagħżugħ kif ukoll wieħed mill-passiġieri li kien fil-karozza l-oħra.
//= $special ?>