Lokali

Ikomplu t-trasferimenti fil-Korp tal-Pulizija

Żewġ uffiċjali tal-Administrative Law Enforcement, l-ALE, fi ħdan il-Korp tal-Pulizija l-Erbgħa wara nofsinhar ġew infurmati li se jiġu trasferiti għal sezzjoni oħra tal-korp.

 
Dawn l-uffiċjali, kien ilhom jaqdu dmirhom f’din is-sezzjoni għal numru twil ta’ snin, minflok intbagħtu jaħdmu f’għases differenti f’Malta.

 
It-trasferimenti fil-korp tal-pulizija ilhom għaddejjin għal xhur sħaħ. Tispikka l-mewġa ta’ transfers li kienu saru f’Mejju li għadda, jiem biss qabel l-elezzjoni għall-Parlament Ewropew fejn kienu ġew trasferiti mal-mitt uffiċjal fi tlett’ijiem.

 
Imma issa, minkejja li kien hemm bidla fit-tmexxija tal-korp, dawn l-aħħar trasferimenti juru li xorta waħda għadu jsir dan iċ-ċaqlieq fuq bażi regolari fil-korp tal-pulizija.