Is-sħana li kompliet tagħmel tagħha matul ix-xahar Sajfi t’Awwissu żgur li kellha impatt fuq eluf ta’ nies li fil-festa ta’ Santa Marija ħadu l-opportunita’ li jmorru jqattgħu ġurnata l-baħar.
Bħal kull sena, fil-festa ta’ Santa Marija, mijiet u eluf ta’ familji jippjanaw ġurnata ta’ rilassament, bil-għan li iqattgħu ġurnata mal-familja… min ħdejn il-baħar f’Malta, min ġurnata Kemmuna u min jerhilha lejn Għawdex għal ġurnata, tnejn jew tlieta ta’ mistrieħ.
Dan l-istazzjon tkellem ma’ numru ta’ persuni li ddeċidew li jqattgħu il-ġurnata tal-Ġimgha ħdejn il-baħar biex jiffriskaw mis-sħana li qed tagħmel.
Għal oħrajn, Santa Marija hija ġurnata bħall-oħrajn, jew inkella ta’ impenn lejn membri oħra tal-familja.
Din is-sena, jum Santa Marija ra t-temperatura titla’ ghal 34 grad celcius… grad wieħed anqas mill-ogħla temperatura għal din il-gimgħa ta’ Santa Marija, bl-għola temperatura din il-gimgħa kienet dik ta’ 35 grad celcius il-Ħamis.
Tmiem il-gimgħa se jara temperaturi aktar baxxi. Is-Sibt, l-għola temperatura mistennija tilħaq it-33 grad, filwaqt li l-Ħadd l-għola temperatura mistennija tkun fil-livell ta’ 31 grad celcius.
//= $special ?>
