In-Nazzjonijiet Uniti svelat li aktar minn miljun persuna fil-Punent tal-Afrika huma effettwati mill-Ebola u wissiet li għalissa mhemmx ħjiel li din il-kriżi se tintemm.
Il-Kosta tal-Ivorju ħabbret li kienet se twaqqaf it-titjiriet kollha mill-pajjiżi maħkuma mill-Ebola filwaqt li l-Korea t’Isfel waqfet it-titjiriet mill-Kenja. Dan wara li n-Nazzjonijiet Uniti wissiet li aktarx l-Ebola tfeġġ hemm ukoll.
//= $special ?>

