Internazzjonali

L-avveniment: ‘The 2014 Brussels Flowercarpet’

Avveniment ta’ kull sena li jsir f’dan ix-xahar u li jsaħħar lil kull min iżurha. Qed nitkellmu dwar il-Grand Place fi Brussel. Pjazza li tinbidel f’tapit ta’ eluf ta’ fjuri b’ilwien roża u ħomor tal-Begonja.

L-avveniment ‘The 2014 Brussels Flowercarpet’ jinsab fid-dsatax-il sena tiegħu. Se jkunu xejn inqas minn 120 voluntier li f’temp ta’ seba sigħat ħolqu disinn spettakolari b’750 elf fjura.